Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi...

20
Manwal għall-għalliema

Transcript of Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi...

Page 1: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

Manwal għall-għalliema

Page 2: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

© 2016 Lynn Jackson, Holocaust Education Trust IrelandClifton House, Lower Fitzwilliam Street, Dublin 02 XT91 Ireland

T: + 353 1 6690593 E: [email protected] www.hetireland.org

No part of this publication may be reproduced, stored in a retrieval system or transmitted in any form by any means without permission in writing.This material has been produced with support from the Teacher Education Section of the Department of Education and Skills, Ireland

This material has been produced with support from the Teacher Education Section of the Department of Education and Skills, Ireland

Co-funded by the Europe for Citizens programme of the European Union

Kunsill Lokali QrendiQrendi Local Council

Eko Centru Qrendi Qrendi Eco Center

Clifton House, Lower Fitzwilliam Street, Dublin 2, Ireland

Tel: +353 1 6690593 Email: [email protected] Website: www.hetireland.org

Page 3: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

1The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

The Crocus Project

Introduzzjoni Il-Crocus Project huwa adattat għall-istudenti tal-iskola u żgħażagħ fl-età ta' ħdax-ilsena jew akbar, għalkemm m'hemm l-ebda limitu ta' età għal min jixtieq jinvolvi ruħufih. Il-Crocus Project huwa inizjattiva Irlandiża li attwalment tinkludi diversi pajjiżiEwropej. Eventwalment, nittamaw li l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea jieħdusehem fil-Crocus Project, u pajjiżi oħra wkoll.

Holocaust Education Trust Ireland (HETI) tipprovdi basal tal-crocus isfar biex jinżera' fil-ħarifa bħala tifkira tal-miljun u nofs tifel u tifla Lhud li mietu fl-Olokawst u l-eluf ta' tfaloħra li kienu vittmi tal-atroċitajiet Nażisti. Il-fjuri sofor ifakkru fl-Istilel sofor ta' David li n-nies Lhud kienu mġiegħla jilbsu taħt ir-renju Nażista. Il-crocuses ikollhom in-nwartagħhom fl-aħħar ta' Jannar jew bidu ta' Frar, madwar iż-żmien tal-Jum Internazzjonalitat-Tifkira tal-Olokawst (fis-27 ta' Jannar). Meta n-nies jammiraw il-fjuri, iż-żgħażagħjistgħu jispjegaw dawn x'jirrappreżentaw u x'ġara lit-tfal.

Il-parteċipazzjoni fil-Crocus Project hija mod tanġibbli kif iż-żgħażagħ jiġu introdottigħas-suġġett tal-Olokawst u kif titqajjem kuxjenza dwar il-perikli tar-razziżmu u l-intolleranza. Huma jitgħallmu l-importanza tal-inklużjoni u r-rispett għan-nies kollhairrispettivament mill-etniċità, id-diżabbiltà, l-orjentazzjoni sesswali jew it-twemminreliġjuż tagħhom.

Il-Manwal tal-Crocus Project għandu l-għan li jagħti lill-għalliema informazzjoni ta'sfond u suġġerimenti biex jgħinu fl-implimentazzjoni b'suċċess tal-programm. L-għalliema għandhom jimmodifikaw il-lingwaġġ, billi jqisu l-età tal-istudenti tagħhom,

il-livelli tal-fehim tagħhom, l-għarfien preċedenti dwar is-suġġett ukwalunkwe ċirkostanzi jew sensittivitajiet lokali li jistgħu japplikaw.

Il-Facebook Crocus Club huwa forum online sigur amministrat minnHETI fejn il-parteċipanti jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom tal-proġett u jtellgħu ritratti, kummenti u riflessjonijiet. Dan

jipprovdi pjattaforma fejn il-membri jkunu jistgħujagħmlu ħbiberiji ġodda f'pajjiżhom u barra mill-pajjiż ma' skejjel, gruppi u individwi oħra.

Aħna niżirgħu crocuses sofor biex infakkru t-tfal limietu fl-Olokawst. B'dan il-mod it-tfal ma jintesewx, u l-memorja tagħhom u l-istejjer tagħhom jgħaddu lilġenerazzjonijiet futuri.

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 4: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

2

L-Olokawst kien il-qtil sistematiku ta' sitt miljun Lhudi,u mijiet ta' eluf ta' vittmi oħra, min-Nażisti u l-kollaboraturi tagħhom.

Wara li sofriet telfa fl-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918), il-Ġermanja tħalliet b'ħafna problemiekonomiċi u soċjali. Eluf ta' nies kienu bil-ġuħ u blaxogħol. Il-poplu Ġermaniż ittama li l-mexxejja politiċitiegħu kienu se jsolvu l-problemi tal-poplu.

Matul it-tletinijiet, is-Soċjalisti Nazzjonali, jew in-Nażisti kif saru magħrufa, qalu li setgħu jsolvu l-problemi tal-Ġermanja. Huma saru popolari ħafna uffurmaw gvern fl-1933. Il-mexxej tagħhom kien AdolfHitler. Il-perjodu bejn l-1933 u l-1945 huwa spissmagħruf bħala "L-Era Nażista". Huwa l-perjodu metaseħħ l-Olokawst.

Hitler u n-Nażisti ma riedu lil ħadd joġġezzjona l-ideoloġiji jew il-politiki tagħhom. Humappersegwitaw nies minn minoranzi etniċi u ta' sfondkulturali, nazzjonalitajiet jew reliġjonijiet differenti, kifukoll kellhom fil-mira tagħhom lil dawk dgħajfa uvulnerabbli bħall-persuni b'diżabilità. Huma għamlu l-ħajja ta' dawn in-nies kollha partikolarment diffiċli.Kien komdu għan-Nażisti li jagħmlu lil dawn in-niesfilagi – xi ħadd jew xi grupp ta' nies li lilhom setgħujagħtu t-tort għall-problemi tagħhom. Il-miraprinċipali tagħhom għall-ħtija kien il-poplu Lhudi, lihuma ppersegwitaw bi krudeltà estrema. Il-persekuzzjoni min-Nażisti tal-Lhud, magħrufa bħala l-Olokawst, kienet waħda mill-aktar perjodi ta' mistħijafl-istorja Ewropea tas-seklu għoxrin.

F'Settembru 1939 il-Ġermanja invadiet lill-Polonja, u

bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija. L-armata Ġermaniżamalajr għaddiet minn fuq ħafna mill-Ewropa.

In-Nażisti bagħtu mijiet ta' eluf ta' nies Lhud minnmadwar l-Ewropa kollha lejn ghettos, kampijiet ta'konċentrament, kampijiet tax-xogħol bi skjavitù ukampijiet tal-mewt. Nies oħra kienu wkoll mitfugħaf'ħabsijiet f'dawn il-kampijiet, u ħafna minnhomkellhom l-istess destin bħal-Lhud. Il-priġunieri fil-ghettosu l-kampijiet kienu trattati bi brutalità, imħaddmasakemm imutu, iffriżati bil-kesħa jew kienu jitħallew bil-ġuħ sal-mewt. Fil-kampijiet tal-mewt ġew maqtulab'gass velenuż. Sitt miljun persuna Lhudija nqatlu, inklużmiljun u nofs tfal Lhud.

Huwa importanti ħafna li aħna qatt ma ninsew dan il-perjodu terribbli fl-istorja Ewropea bejn l-1933 u l-1945. Irridu nkunu ċerti li ma nħallu lil ħadd jew lill-ebda grupp ta' nies joqtol jew jagħmel ħsara lill-oħrajngħaliex ma jogħġbuhomx jew ma jaqblux mal-opinjonijiet tagħhom.

The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

Sfond għall-Olokawst

Tfal lebsin l-istilla safra, Theresienstadt ghetto

L-Istilla Safra

L-Istilla ta' David hijasimbolu Lhudi. Fil-pajjiżi

kollha fejn in-Nażistikellhom il-poter, huma

sfurzaw lil-Lhudjilbsuhom fuq

ħwejjiġhom. Dan wassalbiex il-Lhud kienu

jispikkaw min-nies oħra.

Kif ħassewhom il-Lhud meta kienumġiegħla jilbsu l-istilla safra?

Kif ħassewhom il-Lhud meta kienumġiegħla jkunu "differenti"?

Iddiskuti mal-klassi kollha.

WORD

BOX

TGĦALLEM DAWN IL-KLIEM ĠODDAkollaboraturi ideoloġiji politiki minoranzi etniċi

vulnerabbli filagi ghettosTista' tniżżel dawn il-kliem ġodda f'The Crocus Project fuq il-websajt ta' HETI http://hetireland.org/programmes/crocus-project/

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 5: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

3The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

Vittmi oħra tal-Olokawst

Persuni gay Eluf ta' rġiel gay ġewimpriġunati f'kampijiet ta'konċentrament. Ħafna kienusoġġetti għal xogħol aktariebes, anqas ikel u aktartrattament brutali minnpriġunieri oħra. Eluf inqatlu,jew mietu minħabba l-kundizzjonijiet terribbli.

Albrecht Becker, mitfugħ il-ħabs fl-1935 għaliex kien gay.Huwa baqa' ħaj matul l-Olokawst.©Schwules Museum, Berlin

Persunib'diżabilitàIn-Nażisti qatlu eluf ta'nies b'diżabilitàintellettwali jew fiżikamatul l-Olokawst: humaqalu li dawn ma kinux“denji li jgħixu”. Aktarminn 300,000 persunab'diżabilità nqatlu min-Nażisti matul l-Olokawst.

Manfred Bernhardt, twieled fl-1929b'diżabilità intellettwali, maqtul fl-1942. USHMM

Roma In-Nażisti ddeportaweluf ta' nies Roma uSinti (Żingari) lejnghettos u kampijiet ta'konċentrament.Huwa stmat li bejn250,000 u500,000 ruħ inqatlu fil-ġenoċidju tar-Romamatul l-Olokawst.

Familja żingara, Volhynia, il-Polonjatal-Lvant

Il-qtil tal-Pollakki, Bydgoszcz, il-Polonja, Settembru 1939

Lhud Ungeriżi qabel ġew mgħobbija f'trakkijiet tal-bhejjem tal-ifrat fi triqithom lejn kampijiet ta' konċentrament

ATTIVITÀDan huwa kif kienet tidherl-Ewropa fl-1930.

Sib liema pajjiżi kienuokkupati min-Nażisti.Pinġihom b'kulur wieħed.Tista' ssib din il-mappa fuq il-websajt ta' HETI:http://hetireland.org/programmes/crocu s-project/

Uża kulur differenti għalpajjiżi mhux okkupati mill-Ġermanja.

Pajjiżek huwa fuq il-mappa?

Kien hemm ukoll eluf ta' vittmi politiċi u vittmi Kristjani li opponew lin-Nażisti u għenu lil-Lhud.Huma wkoll, kienu vittmi tal-Olokawst.

Pollakki, Slavi uminoranzi etniċiGħexieren ta' eluf ta' Pollakki,Slavi u nies ta' minoranzietniċi nqatlu jew intbagħtuf'kampijiet ta'konċentrament.It-tfal Pollakki ma mxewxaktar mill-iskola primarja, ueluf ġew maħtufa u meħudal-Ġermanja biex jitrabbewbħala Ġermaniżi.

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 6: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

4

Dwejjaq u TamaAħna niżirgħu crocuses sofor biex infakkru l-miljun unofs tifel u tifla Lhud u l-eluf ta' tfal oħra li mietu fl-Olokawst. Il-kulur isfar tal-fjuri jfakkarna fl-istillasafra li l-Lhud kienu mġiegħla jilbsu taħt ir-renjuNażista. Il-fjuri jfakkruna fit-tfal kollha li mietu.

Mijiet ta' eluf ta' tfal inqatlu min-Nażisti, imma ħafnasalvaw. It-tfal li salvaw huma ħafna minnhomnanniet illum. Għaddew l-istejjer tagħhom lit-tfaltagħhom u lin-neputijiet. L-istejjer tagħhomm'għandhom jintesew qatt. Irridu ngħiduhom lit-tfal tagħna stess.

Meta l-crocuses ikollhom in-nwar tagħhom fil-bidutar-rebbiegħa, aħna niftakru fit-tfal li mietu. Immal-fjuri sbieħ ifakkruna wkoll li, anke wara l-aktaravvenimenti terribbli, terġa' tibda ħajja ġdida u aħnanistgħu nittamaw li l-affarijiet ikunu aħjar milli kienuqabel.

Il-fjuri jfakkruna li għad hemm il-ġmiel fid-dinja utama għall-ġejjieni tagħna. Huwa bi dwejjaq liniżirgħu l-fjuri, imma huwa wkoll bit-tama.

Eventwalment nittamaw li t-tfal minn madwar id-dinja kollha jiżirgħu crocuses sofor b'memorja tat-tfall kollha li mietu fl-Olokawst.

The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

Budapest, l-Ungerija: Familja Lhudija fil-ghetto, 1944. Yad Vashem

Għaliex niżirgħu l-crocuses sofor

Hanna Lehrer minn Munichliebsa l-istilla safra. Twieldet fl-1936, hija ġiet deportata lejnRiga fil-Latvja fejn inqatlet fl-età ta' 6 snin.

Crocuses sbieħ quddiemGimnazija Nova Gradiška (il-Kroazja)

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 7: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

5The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

Niżirgħu l-crocuses

F'żoni kkontrollati min-Nażisti, il-Lhudkienu mġiegħla jilbsu l-Istilla safra ta'

David biexjiġu identifikati. Il-fjuri tal-crocus

ifakkruna f'dawn l-istilel.

Rathgar Junior School, Dublin l-Irlanda

5. Għatti bi plastik iswed u ħalli f'postfrisk fid-dlam sal-aħħar ta'Diċembru

6. Neħħi l-kaver tal-plastik7. Iċċekkja li l-kaxxa tat-tieqa ma

nixfitx8. Poġġi quddiem it-tieqa, saqqi jekk

ikun meħtieġ

ZS Jilove, Tschechien

Crocuses sofor bin-nwar, Drimnagh Castle School, Dublin

1. 2.

3. 4.

Poġġi xi biċċiet tal-fuħħar imkisser jewġebel fil-qiegħ tal-kontenitur

Imla b'ħamrija ta' kwalità tajba jewkompost

Iżra' l-basal. Saqqi.

Crocuses miżrugħa fil-forma ta' Stilla ta'David mill-istudenti tal-Iskola Primarja ta'

St Martin, Garrison, Co. Fermanagh, l-Irlanda ta' Fuq

Basal tal-krokus miżrugħ fil-forma ta'Stilla ta' David,

ITAS Raineri Piacenza, l-Italja

Il-basal tal-crocus jinżera' fil-ħarifa bejnnofs Settembru u nofs Novembru. Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differentif 'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisqdifferenza meta l-fjuri jkollhom in-nwartagħhom: l-importanti huwa li jinżergħubħala memorja tat-tfal li mietu fl-Olokawstu li meta jidhru l-fjuri, aħna niftakru fihom.Aħna niftakru wkoll f 'kemm huwaimportanti li naċċettaw u nagħtu valur lin-nies mill-kulturi u l-etniċitajiet kollha.

ĠnienIżirgħu l-basal tal-crocus madwar 15 cm fil-fond f'ħamrija tajba. Saqqu u ħalluhomsakemm il-fjuri jibdew ħerġin fir-rebbiegħa.Tistgħu jekk tixtiequ timmarkaw il-ġniental-crocus b'ħabel mad-dawra ta' barra.Xi skejjel żergħu l-basal fil-forma ta' Stillata' David.

Kaxxi tat-twieqi jew qsariPoġġi xi biċċiet tal-fuħħar imkisser jew ġebelfil-qiegħ tal-kontenitur. Imla b'ħamrija ta'kwalità tajba jew kompost. Iżra' l-basal. Saqqi.Għatti bi plastik iswed (borża taż-żibel) uħallieha barra. Inkella, poġġi f'post frisk fid-dlam (għorfa jew garaxx) sal-aħħar ta'Diċembru. Neħħi l-kaver tal-plastik, iċċekkja lil-kaxxa tat-tieqa ma nixfitx. Poġġi quddiem it-tieqa. Saqqi jekk ikun meħtieġ.

Bwieqi bil-FjuriF'xi pajjiżi, fejn fix-xitwa tkun wisq kesħa ujkun hemm wisq silġ u borra Poġġi xi biċċiettal-fuħħar imkisser jew ġebel fil-qiegħ tal-kontenitur Imla b'ħamrija ta' kwalità tajbajew kompost biex tiżra' l-basal tal-crocusbarra, jistgħu jinżergħu ġewwa fi bwieqi ukaxxi tal-fjuri. Il-basal għandu jinżera' kifdeskritt hawn fuq. Meta jibdew jipproduċur-rimjiet, poġġihom ġewwa quddiem it-twieqi imma mhux ħdejn il-ħiters!

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 8: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

6 The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

1. Aqra paġni 2 u 3 fil-pakkett ta' informazzjoni. Immarka d-data ta' meta l-klassi qrat dawn il-paġni fuq iċ-ċart. Iddiskuti dak li nqara.

2. Agħżel post biex tiżra' l-basal tal-crocus. Immarka d-data ta' meta ntgħażel il-post fuq iċ-ċart.

3. Ikteb lista ta' kull min żera' l-basal. Poġġi l-lista fuq iċ-ċart, immarka d-data.

4. Ħu ritratti taż-żrigħ tal-basal. Tellagħhom fuq il-Facebook Crocus Club. Agħmel nota li r-ritratti ttieħdu.Immarka d-data. Inkludi wieħed mir-ritratti fuq iċ-ċart.

5. Għall-ewwel 6-8 ġimgħat jidher li mhu qed jiġri xejn. Immarka d-dati fuq iċ-ċart meta ma jiġri xejn. F'xipajjiżi, l-affarijiet jistgħu jiġru qabel jew aktar tard minn pajjiżi oħra.

6. Eventwalment, jibdew jidhru t-truf ħodor tal-crocuses. Immarka d-data fuq iċ-ċart. Ħu ritratti tal-basaljinbet, tellagħhom fuq il-Facebook Crocus Club.

7. Il-blanzuni sofor jidhru ftit biss wara. Ħu ritratti tal-ewwel blanzuni li jidhru.Immarka d-data u tella' r-ritratti fuq il-Facebook Crocus Club.

8. Il-blanzuni malajr isiru fjuri tal-crocus sofor sbieħ. Ħu ritratti tal-fjuri tal-crocus bin-nwar tagħhom. Immarka d-data u tella' r-ritratti fuq il-FacebookCrocus Club.

9. Għodd in-numru ta' fjuri tal-crocus u mmarkah fuq iċ-ċart.

10. Il-crocuses jimmultiplikaw kull sena, għalhekk in-numru tal-crocuses jiżdied.Hekk kif aktar nies minn madwar id-dinja jiġu involuti fiż-żrigħ tal-basal, in-numru ta' fjuri jikber ukoll.Eventwalment ikun hemm aktar minn miljun u nofs crocus bin-nwar tagħhom madwar id-dinja – bħalamemorja tat-tfal kollha li mietu fl-Olokawst

Il-pjan ta' The Crocus Project

Settembru Ottubru Novembru Diċembru Jannar Frar Marzu

29 ta'Settembru

Jinżera' l-basal

Il-basaliċċekkjat, ma

ġara xejn

Il-basaliċċekkjat, ma

ġara xejn

Jibdew jidhrutruf ħodor fil-

ħamrija

Jibdew jidhrublanzuni sofor

Il-crocusesgħandhom in-nwar tagħhom

Għandna 12-ilcrocus bin-

nwar tagħhom

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 9: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

High School in Thessaloniki, Griechenland

Panayot Volov School,

Bulgarien

7The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

Milan Rufus Grammar School, Slovakei

Skola Sekondarja Buzet,

Largy College, Co. Monaghan,Irland

Economics School Brothers Radic, đakovo, Kroatien

Primary School in Platerowka,

Polen

Panayot Volov School,

Bulgarien

Scuola San Michele di Torino, Italien

High School Primo Levi in Bollate (Milan), Italien

Scoil an Linbh Íosa, Killymard, Donegal Town,

Co. Donegal, Irland

Primary School no. 22 in Tychy,

Polen

St. Thomas More College, Girls Junior Lyceum,Zejtun, Malta

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 10: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

8 The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

Dawn huma xi suġġerimenti għall-għalliema u l-mexxejja tal-gruppi li jkunu jixtiequ jagħmlu rabtietbejn l-Olokawst u l-programmi eżistenti fil-kurrikululi jinkludi lezzjonijiet dwar iċ-ċittadinanza, id-drittijiet u r-responsabbiltajiet, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-paċi u r-rikonċiljazzjoni.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, iż-żgħażagħ kellhomtamiet, biżgħat u ħolm simili għal dawk ligħandhom illum, u kienu jesperjenzaw

emozzjonijiet u tħassib simili meta kienu qed jikbru.

Minkejja li l-Ewropa ma tinsabx aktar fi gwerra, ħafnażgħażagħ fostna huma ġejjin minn pajjiżi fejn hemmkunflitt, ripressjoni, ġuħ, u tbatijiet oħra. Jeħtieġ linkunu konxji ta' dawn l-affarijiet u jeħtieġ li nkunumħejjija biex nindirizzaw kwistjonijiet sensittivimeta jqumu. HETI tinkoraġġixxi lill-għalliema jużawil-linji gwida prodotti fil-pajjiżi tagħhom stess biexiżidu mas-suġġerimenti li jinsabu f'dan il-fuljett.

L-Olokawst u r-rilevanza tiegħu fid-dinja tagħnatal-lum

Fil-każijiet kollha ta' ġenoċidju, in-nies kienu fil-miraminħabba l-etniċità tagħhom jew l-affiljazzjonijietreliġjużi, kulturali jew politiċi tagħhom. Bejn l-1915 ul-1923 aktar minn miljun ruħ inqatlu fl-Armenja. Fil-Kambodja fis-sebgħinijiet, huwa stmat li żewġ miljunpersuna nqatlu mill-Khmer Rouge, u fl-Irwanda fid-disgħinijiet, aktar minn miljun ruħ inqatlu, spiss minnġirien u nies li kienu jafuhom. Fil-Bożnija fl-1995,madwar 8,000 raġel u tifel Musulman ġew massakratif'Srebrenica. Il-gwerra ċivili li damet għoxrin senaf'Darfur irriżultat fi ftehim ta' paċi fl-2005, wara liaktar minn żewġ miljun persuna kienu mietu u erba'miljuni kienu ġew spostati.L-Olokawst huwa l-isem mogħti lil każ speċifiku

wieħed ta' ġenoċidju li kien bla preċedent fl-attentattiegħu li jeqred lill-poplu Lhudi fl-Ewropa u t-traċċikollha tal-kultura, l-istorja u l-memorja Lhudija.Il-ġenoċidju tar-Roma wkoll seħħ matul l-Olokawst,kif ukoll il-qtil ta' eluf ta' oħrajn li kienu vittmi ta'atroċitajiet Nażisti. Il-ġenoċidju mhuwiex avveniment waħdieni fiż-żmien imma proċess gradwali li jibda meta majitwaqqfux id-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u l-mibegħda, u meta n-nies jiċċaħdulhom id-drittijiettal-bniedem tagħhom u d-drittijiet ċivili tagħhom.Għal din ir-raġuni huwa importanti li nirrispettaw id-differenzi ta' bejnietna u meta naraw inġustizzja,nitkellmu.

L-Olokawst u ġenoċidji oħra tas-seklu għoxrin

Armenja

Olokawst

Rwanda Bożnija-ĦerzegovinaSrebenica

Darfur

Srebenica

Cambodia

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

WORD

BOX

TGĦALLEM DAWN IL-KLIEM ĠODDAċittadinanza responsabbiltajiet drittijiet tal-bniedem demokrazija

rikonċiljazzjoni kunflitt ripressjoniTista' tniżżel dawn il-kliem ġodda f'The Crocus Project fuq il-websajt ta' HETI

http://hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 11: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

Is-St Louis beda jbaħħar minn Hamburg fl-1939għall-Istati Uniti b'937 persuna Lhudija abbord. Il-viżi tal-Istati Uniti qatt ma mmaterjalizzaw, u l-permess biex jinżlu fl-Istati Uniti ġie rtirat. Il-vapur kien imġiegħel jerġa' lura lejn l-Ewropa,fejn il-maġġoranza tal-passiġġieri ġeweventwalment maqtula.

9The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

Is-sitwazzjoni diffiċli tar-refuġjati matul l-Olokawst u llum

Kartolina postali minn fuq is-St Louis, 1939. USHMM

Ir-refuġjati u l-migranti waslu fuq dgħajsa ffullatafuq il-gżira Griega ta' Lesbos, 2015

Kull meta jkun hemm il-gwerer, il-kunflitt, il-ġuħ, l-għargħar jew katastrofi naturali, in-nies spiss jaħarbujew ifittxu rifuġju f'artijiet oħra. Dawn in-nies jiġuspostati: ma jkunux aktar kapaċi jibqgħu fil-pajjiżitagħhom stess. Sal-1938, il-persekuzzjoni tal-popluLhudi fil-Ġermanja u fl-artijiet okkupati mill-Ġermanja saret tant ħarxa li l-Lhud kienu ddispratibiex jitilqu u jfittxu rifuġju f'pajjiżi oħra. Il-PresidentRoosevelt laqqa' konferenza fi Franza għaliex beża' lisetgħet isseħħ kriżi ta' refuġjati Lhud. Huwa siteden32 pajjiż biex jattendu l-konferenza u talabhomjaqblu li jaċċettaw ir-refuġjati Lhud, imma ħaddminnhom ma kien lest jagħmel dan. Il-Lhud inqabdufil-fruntiera tagħhom stess, u sal-aħħar tal-gwerraħafna minnhom kienu mietu.

Illum, mijiet ta' eluf ta' nies qed jitolbu l-ażil fl-Ewropa, u l-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej qedjipprovaw isibu mod kif jgħinu lil dawn ir-refuġjati.Mhuwiex faċli li jiġi organizzat l-assorbiment ta' tantnies fl-istess ħin, imma

l-pajjiżi tal-Ewropa ma jridux jirrepetu l-iżbalji tal-passat. Iridu jsibu mod kif jgħinu lin-nies li qedjaħarbu mill-gwerra, il-ġuħ u tbatijiet oħra.

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm miljuni ta' niesli kienu salvaw mill-gwerra u mill-kampijiet Nażisti, ubosta minnhom kienu msejħa Persuni Spostati (DPs).Kienu ġew akkomodati f'kampijiet għall-PersuniSpostati sakemm setgħu jiġu ripatrijati fl-artijiet ta'oriġini tagħhom. Is-Salib l-Aħmar Internazzjonali, in-Nazzjonijiet Uniti u aġenziji oħra għenu biex dan isir.

Dawk il-Lhud li salvaw kellhom esperjenzapartikolarment diffiċli, għaliex f'ħafna mill-każijietkienu tilfu djarhom u ħafna mill-membri tal-familjatagħhom jew il-membri kollha kienu nqatlu. Makellhom imkien fejn imorru u ħadd id-dar għand minimorru. Xi wħud baqgħu bħala Persuni Spostati għalnumru ta' snin. Eventwalment, għamlu djar ġoddaf'artijiet ġodda.

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

WORD

BOX

TGĦALLEM DAWN IL-KLIEM ĠODDAspostat persekuzzjoni aħrax imlaqqa' iseħħ

akkomodat ripatrijat aġenzijiTista' tniżżel dawn il-kliem ġodda f'The Crocus Project fuq il-websajt ta' HETI

http://hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 12: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

10 The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

Ċirku KbirAgħmel ċirku kbirb'kulħadd fil-klassi.Żommu l-idejnflimkien u ħares lejniċ-ċirku. Kulħaddjidher l-istess jew xiwħud jidhru differenti minn oħrajn? Kulħaddhuwa l-istess daqs? Kulħadd għandu l-istesskulur tal-ġilda? L-istess kulur tax-xagħar?Anke minkejja li d-dehra ta' barra tista' tkundifferenti, l-istudenti jinnutaw li kulħaddhuwa membru ugwali taċ-ċirku. Kulħaddjipprattika l-istess kultura jew reliġjon?Hemm tfal Lhud fil-klassi? Jidhru differenti?Aħseb kemm ikun kbir iċ-ċirku jekk l-iskolakollha żżomm idejha flimkien.

Idejn Agħmelkopja jew ħuritratt tal-idejnta' kulħadd fil-klassi jew staqsilill-istudentijduru bil-lapesmadwaridejhom ujpinġuhom bil-kulur. Aqta'l-"idejn". Agħmel collage fil-forma ta' ċirku bl-idejn ta' kulħadd kemm kemm imissu. Arakemm huma simili l-idejn, anke minkejja li d-daqs u l-kulur jistgħu jkunu differenti.

Tgħallemdwar kulturioħra Iddisinjaattività biexjitgħallmudwar il-kultura u t-tradizzjonijietta' kulħadd fil-klassi. Forsi tistieden lil xi ħaddminn reliġjon jew kultura differenti biexjitkellmu fil-klassi. Esplora tradizzjonijietdifferenti, festivals reliġjużi, btajjel pubbliċi,ikel speċjali, ilbies tradizzjonali, kant u ħrejjef.

Iċċelebra Urudawn it-tradizzjonijietdiversi b'modidifferenti: ritratti,pitturi, collages,mużika. Stiedenklassijiet oħra biex jiġu jaraw u jisimgħux'kienet qed tagħmel il-klassi tiegħek.X'jagħmlu nies ta' tradizzjonijiet differentibiex ifakkru avvenimenti bħal: twelid, tieġ,mewt, festival reliġjuż, festa nazzjonali?

SimboliIddiskuti s-simboli u l-ġesti simboliċi mal-grupp. Ibda diskussjonidwar is-simboli u t-tifsiratagħhom. Hemmreferenzi għal simboli fil-Crocus Project?

Ambaxxaturi tal-CrocusKull min jipparteċipa fil-Crocus Project isir Ambaxxatur tal-Crocus billi jaqsam l-esperjenzi tiegħu dwardan u jgħid lil ħbiebu u lill-familja dwar il-proġett. Il-parteċipanti kollha jistgħu jtellgħu r-riflessjonijiet,il-kummenti u r-ritratti tagħhom dwar il-proġett fuq il-Facebook Crocus Club. Jistgħu jekk jixtiequjinkoraġġixxu oħrajn jingħaqdu mal-Crocus Project billi jgħidu lill-iskejjel jew lill-gruppi taż-żgħażagħtagħhom dwaru wkoll. HETI tixtieq tirringrazzja lill-Ambaxxaturi kollha tal-Crocus għall-parteċipazzjonitagħhom fil-Crocus Project u talli saru parti mill-familja tal-Crocus.

Inħaddnu d-Diversità: Niċċelebraw is-similaritajiet tagħna u mhuxid-differenzi ta' bejnietna

ATTIVITAJIET

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 13: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

11The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

DiskussjonijietJekk possibbli, hija idea tajba li toqgħod bilqiegħdaf'ċirku għal dawn l-attivitajiet.

Ibda diskussjonijiet dwar il-preġudizzju, id-diskriminazzjoni u l-ibbuljar s biex il-parteċipantijirrealizzaw l-importanza tat-tolleranza u r-rispettgħal kulħadd fil-klassi jew fil-grupp tagħhom, fl-iskola tagħhom u f'ħajjithom id-dar u f'pajjiżhom. L-Olokawst ma bediex bil-kampijiet ta'konċentrament u l-kampijiet tal-mewt, beda bil-kliem, bl-ittantar u bl-ibbuljar.

Aqra: Aqra waħda mill-istejjer mil-lista ta'kotba u ddiskuti.

Memorja: Biex nirrinfurzaw il-memorji tagħnajeħtieġ li naħsbu u jeħtieġ li nagħmlu.Meta naħsbu dwar dak li qrajna jewtgħallimna jew għamilna, dan isir partimill-memorja.

Aħseb: Meta nipparteċipaw fil-Crocus Project,naħsbu dwar it-tfal li mietu fl-Olokawst.

Agħmel: Niżirgħu basal tal-crocus isfar bħalamemorja tat-tfal.

Ftakar: Meta l-basal ikollu n-nwar tiegħunerġgħu naħsbu fit-tfal u niftakru kifmietu.

KliemPinġi poster bi kliem pożittiv u kliem negattiv li jiġif'moħħok meta tipparteċipa fil-Crocus Project utitgħallem dwar l-Olokawst. Uża kulur differenti għall-kliem pożittiv u negattiv. Iddiskuti t-tifsira tal-kliem. Żidmal-lista kull ġimgħa.

Aqsamhom f'żewġ panels, pożittiv u negattiv.

Nikkommemoraw Jum it-Tifkira tal-OlokawstIl-Jum Internazzjonali tat-Tifkira tal-Olokawst huwa s-27 ta' Jannar kull sena. Huwa żmien ideali għaż-żgħażagħ biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom tal-Crocus Project u x'tgħallmu dwar l-Olokawst mal-oħrajn. Staqsi lill-istudenti jissuġġerixxu kif jixtiequ jfakkru din id-data importanti. Jista' jkun li jixtiequjorganizzaw xi qari, poeżija, jew mużika li tinvolvi l-klassi kollha, grupp, jew anke l-iskola kollha. Kultant tista' tiġi organizzata ċerimonja speċjali. Tista' tkun sempliċi, bħal billi tinxtegħel xemgħamemorjali bħala memorja tas-sitt miljun persuna Lhudija li nqatlu fl-Olokawst u tal-vittmi l-oħra kollhawkoll. L-assemblea ta' filgħodu huwa ħin tajjeb għal kulħadd biex jiltaqgħu u jisimgħu u jirriflettu dwarl-Olokawst. Imma ladarba jiġu mħeġġa jagħmlu dan, il-parteċipanti fil-Crocus Project se joħorġub'ħafna suġġerimenti dwar kif jixtiequ jikkommemoraw Jum it-Tifkira tal-Olokawst. Ikun sabiħ ħafna likienu dawn l-attivitajiet ikunu mmexxija mill-istudenti. Tella' r-ritratti u l-informazzjoni fuq il-FacebookCrocus Club.

Diversità Rifuġju

Razziżmu

Ksenofobija

EsklużjoniĠenoċidju

Ażil

Tolleranza

Sigurtà

Diskriminazzjoni

Rispett

Persekuzzjoni

InklussivitàTjubija

Tista' tniżżel dawn il-kliem ġodda f'The Crocus Project fuq il-websajtta' HETI http://hetireland.org/programmes/crocus-project/

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

WORD

BOX

TGĦALLEM DAWN IL-KLIEM ĠODDApreġudizzju diskriminazzjoni ibbuljar

tolleranza tittantaTista' tniżżel dawn il-kliem ġodda f'The Crocus Project fuq il-websajt ta' HETI

http://hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 14: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

12 The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

The Crocus Project: Niftakru fl-Olokawst u NitgħallmuLezzjonijiet għal Ewropa Kontemporanja jirrifletti l-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni Ewropea. Dawn humabbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u jitolbu rispett għaċ-ċtitadini kollha tal-UEirrispettivament mill-etniċità, id-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali, jew it-twemmin reliġjużtagħhom. L-UE daħħlet fis-seħħ salvagwardji biextipproteġi liċ-ċittadini tal-UE milli ssirilhom ħsarajew mill-jagħmlu ħsara lil ħaddieħor.

L-Ewropej ma jridux li xi ħaġa bħall-Olokawst terġa'tiġri. Sa mill-istabbiliment tal-Unjoni Ewropea(magħrufa qabel bħala l-Komunità EkonomikaEwropea) fil-ħamsinijiet, l-Ewropa fil-biċċa l-kbiraevitat aktar gwerra u tixrid ta' demm u żammetkoeżistenza relattivament paċifika mal-ġirientagħha. L-UE taħdem bis-sħiħ biex tipprovdiambjent sigur u ugwaljanza għaċ-ċittadini kollhatagħha, trawwem ir-rispett u t-tolleranza fost il-membri kollha tagħha. L-Unjoni Ewropea ġietstabbilita taħt l-isem attwali tagħha fl-1993, wara t-Trattat ta' Maastricht.

Il-Crocus Project huwa dwar it-tifkira u l-edukazzjonidwar l-Olokawst kif ukoll għarfien dwar il-perikli tal-mibegħda, id-diskriminazzjoni u l-preġudizzju.Permezz tal-involviment fil-Crocus Project, iċ-ċittadini jitgħallmu dwar il-passat tal-Ewropa u jqisul-importanza tal-UE illum, japprezzaw Ewropamagħquda bbażata fuq prinċipji fundamentali.

Il-Crocus Project iqajjem kuxjenza ta' tifkira, storjaEwropea u valuri tal-UE li jippromwovu l-paċi, ir-rikonċiljazzjoni u l-benesseri fost iċ-ċittadini kollhatagħha. Jagħmel dan billi jinkoraġġixxi lill-parteċipanti jaqsmu l-esperjenzi tagħhom tal-proġett fuq il-Facebook Crocus Club online ujiżviluppaw ħbiberiji ġodda u apprezzament tal-membri kollha. B'dan il-mod il-parteċipanti jsirukonxji mir-rwol tal-UE li tiddefendi d-demokrazija ul-libertà. Hekk kif in-numru ta' parteċipanti fil-CrocusProject jiżdied kull sena, in-numru ta' basalmiżrugħa se jiżdied ukoll. Eventwalment nittamaw lijkun hemm basal tal-crocus isfar jikber madwar l-Unjoni Ewropea, li jfakkar is-snin traġiċi tal-Olokawstu t-tfal li mietu, imma wkoll jinkoraġġixxi t-tama u l-ħbiberija.

L-Unjoni Ewropea

Bnadar tal-Istati Membri tal-UE jtiru fil-Kwartieri Ġenerali tal-UE fi Brussell, il-Belġju

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 15: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

13The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

ATTIVITAJIETBnadar:

Identifika l-bandiera ta' kull pajjiż Ewropew

Sib il-bnadar fuq il-mappa tal-Ewropa

Tista' ssib il-pajjiż tiegħek stess?

Agħmel lista tal-valuri u l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Tista' tniżżel dawn il-bnadar f'The Crocus Project fuq il-websajt ta' HETI http://hetireland.org/programmes/crocus-project/

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 16: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

14 The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

Hemm bosta kotba miktuba dwar tfal u l-Olokawst.Xi wħud huma stejjer veri u oħrajn huma finzjoni. Il-Holocaust Education Trust Ireland tinkoraġġixxi lilkull min jixtieq jaqra dawn il-kotba mat-tfal biex l-ewwel jaqrahom waħdu u mbagħad jiddeċiedi jekkiqishomx xierqa għalihom. Xi wħud huma xierqabiex jinqraw lit-tfal bħala grupp fil-kassi, oħrajnjistgħu jitgawdew bħala qari privat. Ġeneralment,għat-tfal taħt it-tnax-il sena, nissuġġerixxu li l-istejjerjinqraw bħala attività fil-klassi.

L-għalliema u l-edukaturi jkunu jixtiequ jinkludustejjer rilevanti għat-tfal fil-pajjiżi tagħhom stess, ugħal darb'oħra, inħeġġu l-konsiderazzjoni bir-reqqatal-materjal kollu qabel jiġi ppreżentat lill-klassi.

DVDs u websajts għandhom jintużaw ukoll taħtsuperviżjoni adulta.

L-istorja ta' Anne Frank u d-djarju tagħha għadha 'lfuq ħafna fil-klassifika fil-lista ta' stejjer popolaridwar l-Olokawst.

DVDDVD eċċellenti ta' 25 minutadwar Anne Frank, bit-titoluThe Short Life of Anne Frank,jagħti ħarsa ġenerali lejn il-mixja għall-poter tan-Nażisti ul-persekuzzjoni tal-LhudEwropej. Huwa disponibblimingħand Anne Frank TrustUK, Star House, 104–108Grafton Road, London NW5

4BA. Tel: 00 44 (0)20 7284 5858. Indirizz elettroniku:[email protected]

FilmsNirrakkomandaw li l-adulti jakkompanjaw lill-istudenti ta' taħt il-ħmistax-il sena għall-films kollhadwar l-Olokawst u nħeġġu l-preparazzjoni qabel, ud-diskussjoni wara, il-film.

Websajts rakkomandati minn HETI

Hemm mijiet ta' websajts dwar l-Olokawst.Għandhom jiġu eżaminati mill-adulti qabel jiġurakkomandati liż-żgħażagħ. Is-superviżjoni tal-adulti hija dejjem rakkomandata.

www.hetireland.org

www.remember.org

www.yadvashem.org

www.iwm.org.uk

www.ushmm.org

www.holocaustcentre.net

www.en.galiciajewishmuseum.org

http://sfi.usc.edu/

www.oneclipatatime.org

Kotba, DVDs u Websajts

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 17: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

15The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

Huwa faċli ħafna biex tingħaqad mal-Facebook Crocus Club tagħna. Sempliċiment fittex għal "The Crocus Club"fuq Facebook jew segwi din il-link: https://www.facebook.com/groups/TheCrocusClub/

Ikklikkja "Join Group" in-naħa ta' fuq tal-paġna. It-talba tiegħek tintbagħat lill-amministratur tal-grupp għall-approvazzjoni, u inti tirċievi notifika meta din tiġi approvata. Issa tista' taqsam ir-ritratti, l-istejjer u l-ħsibijiettiegħek ma' parteċipanti oħra fil-Crocus Project minn madwar l-Ewropa.

Il-Facebook Crocus Club(Forum sigur imħaddem minn HETI)

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 18: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

16 The Crocus Project – Gwida għall-għalliema

Il-Ġusti Fost In-Nazzjonijiet

Miep Gies, Amsterdam, ħadet ħsieb Anne Franku l-familja tagħha

Stefan Mika u missieru Pavel salvaw żewġt aħwa Lhudbilli ħbewhom fir-razzett tagħhom ħdejn Krakow il-

RaoulWallenberg,diplomatikuŻvediż fl-Ungerija,salva eluf ta'LhudUngeriżi

OskarSchindler,industrijalistĠermaniż,salvamadwar12,000Lhudi fiKrakow

Dr HoFengshan, il-

konslu Ċiniż fiVjenna, ħareġ

viżi lil-Lhudbiex jaqsmu

lejniċ-Ċina

IrenaSendler

salvat 2,500tifel u tifla

mill-Ghettota' Varsavja

Khaled Abdelwahhab tat-Tuneżija salva lil AnnyBoukris u l-familja tagħha billi ħbihom fir-razzett tiegħu għal diversi xhur

Nicholas Winton organizza tmien ferroviji tal-Kindertransport biex jieħdu 669 tifel u tifla Ċekigħas-sikurezza fl-Ingilterra

Mary Elmes, mara Irlandiża minn Cork u studjuża fiTrinityCollege, salvat numru ta' tfal Lhud minn Franza uġabithom għas-sikurezza fi Spanja newtrali

Dan huwa t-titlu li ngħata lil persuni mhux Lhud lirriskjaw ħajjithom matul l-Olokawst biex jgħinu biexisalvaw lil-Lhud. It-titlu ġie inawgurat fl-1963 minnYad Vashem, l-Awtorità għall-Kommemorazzjoni tal-Olokawst f'Iżrael, u minn dak iż-żmien madwar26,000 persuna ġew onorati bit-titlu. Dawn in-nies, lihuma magħrufa bħala Il-Ġusti Fost In-Nazzjonijiet,huma ġejjin minn 38 pajjiż differenti, minn sfond

kulturali, reliġjuż u etniku differenti, u huma ta'etajiet differenti. Kollha kienu magħquda fix-xewqatagħhom li jgħinu lil sħabhom il-bnedmin, anke jekkkienu jafu li kienu qed jieħdu ridkju kbir u setgħujieħdu l-kastig tal-mewt. Hemm eluf ta' nies Lhudħajjin illum li jafu ħajjithom lil dawn in-nieskuraġġużi.

Magda u André Trocmé ta' Le Chambon sur Lignon,Franza, il-villaġġ Huguenot li ħeba lil-Lhud

Ingħaqad mal-Facebook Crocus Club, forum sigur imħaddem minn HETI www.hetireland.org/programmes/crocus-project/

Page 19: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:
Page 20: Manwal għall-għalliema - HET Ireland · Ir-rebbiegħa tiġi fi żminijiet differenti f'pajjiżi differenti. Ma jagħmilx wisq differenza meta l-fjuri jkollhom in-nwar tagħhom:

© 2016 Lynn Jackson, Holocaust Education Trust IrelandClifton House, Lower Fitzwilliam Street, Dublin 02 XT91, Ireland

T: + 353 1 6690593 E: [email protected] www.hetireland.org

No part of this publication may be reproduced, stored in a retrieval system or transmitted in any form by any means without permission in writing.This material has been produced with support from the Teacher Education Section of the Department of Education and Skills, Ireland.

Clifton House, Lower Fitzwilliam Street, Dublin 2, Ireland

Tel: +353 1 6690593 Email: [email protected] Website: www.hetireland.org

This material has been produced with support from the Teacher Education Section of the Department of Education and Skills, Ireland

Co-funded by the Europe for Citizens programme of the European Union

Kunsill Lokali QrendiQrendi Local Council

Eko Centru Qrendi Qrendi Eco Center