e-spark 26

7
E - spark 26 OTTUBRU 2010 Vocations e-newsletter E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com HALLOWENE JEW HOLYWIN BIBLE WEBSITES MISSION FUND HOLY SEPULCHRE CHURCH 360 DEGREE PANORAMIC VIEW FRIENDS

description

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Transcript of e-spark 26

Page 1: e-spark 26

E - spark 26 OTTUBRU 2010

Vocations e-newsletter

E-S

par

k h

ija

new

slet

ter

elet

tro

nik

a m

ahru

ga

mic

-Centr

u t

al-V

okaz

zjo

nij

iet

tas-

Sem

inar

ju,

tal-

Vir

tu,R

abat

.

Tel

: 21

450

354

-

w

ww

.vo

ka

zzjo

ni.

com

HALLOWENE JEW HOLYWIN

BIBLE WEBSITES

MISSION FUND

HOLY SEPULCHRE CHURCH 360 DEGREE PANORAMIC VIEW

FRIENDS

Page 2: e-spark 26

[email protected]

Fr Michael Bellizzi

Page 3: e-spark 26

[email protected]

Fr Michael Bellizzi

jiġifieri lejliet). Minkejja dan, Halloween għandu konnessjonijiet qawwijin mad-dlam aktar milli mad-dawl, u l-użanzi li jiġu pprattikati f’din il-festa ma tantx iġibulek devozzjoni!

Hawn min illum ma togħġbux ħafna fissazzjoni fuq qaddisin jippruvaw jgħaddu mingħajrhom. Imma bla qaddisin, Halloween tkun festa oħra vojta u bla ruħ. Tkun qisek qed tiċċelebra New Year’s Eve mingħajr ma tistenna u tiċċelebra Sena Ġdida. Jekk tneħħi l-qaddisin u t-twemmin tagħna fid-dinjità u d-destin tal-bniedem, jifdal biss superestizzjoni dwar il-mejtin. U dan li qed tiċċelebra Hal-

loween. Ħafna żgħażagħ illum ma jiddejqux jitkellmu u jaħsbu fuq il-mewt. L-ilbies u makeup iswed hu parti minn kultura madwar id-dinja. Imma l-fid tagħna tgħidilna wkoll li mhux il-mewt kollox. Il-mewt ma tistax tifridna mill-imħabba ta’ Kristu. Meta nqiegħdu l-fiduċja tagħna f’Alla, ħajjitna tkun ħajja ferħana, imqar

fid-diffikultà u f’mumenti ta’ monotonija. Għaliex mela ma jagħmilx sens li, bħala nsara, niċċelebraw Halloween?

Għax tiċċelebra r-rebħa tal-mewt fuq il-ħajja, tad-dlam fuq id-dawl. Waqt li aħna

nemmnu bil-maqlub. Għax tagħti okkazzjoni lil dawk li jipprattikaw l-okkult, il-magija, l-ispiritiżmu jew is-sataniżmu, biex jagħmlu r-riti tagħhom. Din il-festa hija meqjusa bħala l-bidu tas-sena tal-maġija (capodanno magico), l-ewwel festa fis-sena tal-maġija.

Il-Kristjani ma jistgħux jissieħbu f’attivitajiet ta’ okkult u riti oħra. Fuq dan huwa ċar ħafna l-Ktieb tad-Dewteronomju (ara l-Kapitlu 18).

X’jaqbel niċċelebraw? It-tajjeb, id-dawl, il-ħajja? Jew il-ħażen, id-dlam, il-mewt? Ta’ xhiex tippreferi tilbes? Ta’ anġlu jew ta’ xitan? Naħseb ikun aħjar jekk kul-ħadd wieġeb għalih innifsu... Inkun qed niġri b’moħħi jekk nimmaġina li ħafna żgħażagħ isibuha aktar interessanti jassoċjaw mal-ħażin milli mat-tajjeb?

Fi Spajna, l-espert tal-Liturgija Dun Juan María Canals Casas ħareġ stqarrija li “l-festa tal-Halloween għandha kurrenti ta’ okkult u hija assolutament anti-Kristjana”. Dan il-qassis kompla biex ħeġġeġ lil dawk li jitħajru jipparteċipaw f’xi

attività ta’ Halloween biex “ikunu

Page 4: e-spark 26

[email protected]

Fr Michael Bellizzi

konxji minn dan il-fatt u jagħmlu l-almu kollu tagħhom ħalli jindirizzaw din il-festa mhux lejn il-biża’ u l-mewt, imma lejn is-sbuħija”.

Ħafna nsara madwar id-dinja qed jagħmlu sforzi flimkien biex iġibu l-qdusija lura f’Halloween u b’hekk idaħħlu d-dawl fejn bħalissa hemm biss dlam u l-kultura

tal-mewt. Fl-istqarrija tal-fidi aħna nwiegħdu li se niċħdu lill-qerq tal-ħażen, biex id-dnub ma jaħkimx iżjed fuqna. Kemm qed neħduha bis-serjetà din il-wegħda

li nieqfu lill-ħażen?

Min jixtieq jieħu bis-serjetà l-impenn tas-sejħa nisranija ma jistax iqis kollox b’mod passiv. Għalkemm hawn min jgħid li din il-festa sservi biss biex tkisser r-

rutina ta’ kuljum, wieħed irid jftakar li madwar Halloween intrabtu diversi tradizzjonijiet superstizzjużi li għandhom x’jaqsmu mad-dinja ta’ l-ispirti u l-okkult.

Din iċ-ċelebrazzjoni tista’ ssir sinjal ta’ ftuħ lejn kultura neo-pagana u tkabbar l-interess fil-kultura tal-okkult, li hu diġa komuni ħafna fi żmienna.

Ikun isbaħ u aktar f’postu li bħala nsara nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq il-festi tal-Qaddisin kollha (1 ta’ Novembru) u tal-mejtin kollha (2 ta’ Novembru) u niċ-

ċelebraw il-fidi tagħna bħalma kienu jagħmlu l-ewwel insara. Fi żmien meta l-mewt u l-persekuzzjoni kienu parti mill-ħajja ta’ kuljum u ħafna kienu jħallu ħaj-

jithom minħabba t-twemmin tagħhom, dawn l-insara tal-bidu kellhom mod sempliċi kif jiċċelebraw persuna li tkun mietet (speċjalment mewt b’martirju): kienu

jinġabru u jiċċelebraw quddiesa. Bħalma jiġri llum fl-anniversarju ta’ xi traġedja, membri tal-familji tal-vittmi jinġabru biex jitkellmu flimkien dwar il-ġrajja ta’

niket u mbagħad iġibuhom fl-aħbarijiet. Ħutna l-ewwel insara kienu jiltaqgħu biex jirrakkontaw ġrajjiet bl-iskop li jsaħħu l-fidi tagħhom.

Għalina wkoll, Halloween tista’ tfisser opportunità biex nemfasizzaw il-ħtieġa li nkunu qaddisin illum. Li tkun qaddis tfisser li tkun bniedem li fik jidher il-

Vanġelu fil-prattika.

:: Lest li temmen fit-tajjeb li hemm fik u f’oħrajn, anke meta qisu aktar jispikka l- ħażin?

:: Lest li taħfer u titlob maħfra?

:: Lest li taċċetta lil Alla bħala s-Sid assolut ta’ ħajtek u tħalli lilu jmexxik lejn il-Qawmien?

Page 5: e-spark 26

Enjoy the 360 degree panoramic view from within the Holy Sepulchre church (Please click on "Details" to have full

up, down, right and left views; Click on "Info" for data and please try all available arrows. Enjoy:

http://www.360tr.com/kudus/kiyamet_eng/index.html

Page 6: e-spark 26

New websites

http://www.dailygospel.org/main.php?language=AM www.rc.net/wcc/readings/

http://www.missionfund.org.mt/

Page 7: e-spark 26

Your Heart is your Love, Your love is your Family , Your family is your Future , Your future is your Destiny , Your destiny is your Ambition, Your ambition is your Aspiration , Your aspiration is your Motivation , Your motivation is your Belief Your belief is your Peace , Your peace is your Target , Your target is your Friends, Life is no fun without FRIENDS

Contact Us

If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to:

[email protected] Or Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat

www.vokazzjoni.com