e-spark 30

10
Vocations e-newsletter E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com IL-FRÈRES TA’ DE LA SALLE PARABLE OF THE FARMER & THE MULE NEW WEBSITES E - spark 29 FRAR 2011

description

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Transcript of e-spark 30

Page 1: e-spark 30

Vocations e-newsletter

E-S

par

k h

ija

new

slet

ter

elet

tro

nik

a m

ahru

ga

mic

-Centr

u t

al-V

okaz

zjo

nij

iet

tas-

Sem

inar

ju,

tal-

Vir

tu,R

abat

.

Tel

: 21

450

354

-

w

ww

.vo

ka

zzjo

ni.

com

IL-FRÈRES TA’ DE LA SALLE

PARABLE OF THE FARMER & THE MULE

NEW WEBSITES

E - spark 29 FRAR 2011

Page 2: e-spark 30

Il-Frères ta’ De La Salle

Għall-Brothers ta‟ De La Salle, is-sena 2011 hija l-208 sena

tagħhom f'Malta. Wara li nbdew minn San Ġwann Battista De

La Salle fi Franza fis-seklu 17, kienu ntrodotti f'Malta fl-1903

wara li ġew imkeċċijin minn pajjiżhom. Kien Bro. Benoit

Constant li beda l-Kulleġġ De La Salle f‟dik l-istess sena, ġo dar

fi Strada Buongiorno, Bormla. Fl-1936, il-Brothers akkwistaw

biċċa art kbira fiż-żona magħrufa bħala “Tal-Ħawli” fejn illum

insibu l-Kulleġġ De La Salle.

Apparti dan il-kulleġġ, il-Brothers għandhom ukoll kulleġġ ieħor

fil-Gżira, Stella Maris, u skola primarja ddedikata lil San Benild,

wieħed mill-ħafna Brothers qaddisin. Madwar 1,500 student

jattendu De La Salle u xi 1,100 oħra jattendu Stella Maris.

San Ġwann Battista De La Salle, li ġie ddikjarat qaddis patrun

tal-għalliema mill-Papa Piju XII fl-1950, iddedika ħajtu jġedded

l-edukazzjoni u huwa meqjus bħala wieħed mill-pijunieri tal-

iskejjel kif nafuhom illum. Qatt ma basar li se jsib ruħu f‟dan

ix-xogħol imma, ladarba Alla dan ried minnu, intefa‟ b‟ruħu w

ġismu ħalli jagħmel xi ħaġa bis-sens!

……………../2

Page 3: e-spark 30

Wara li sar saċerdot fl-età ta' 26 sena fl-1678, Ġwann Battista sab ruħu nvolut fit-tmexxija ta‟ skola għat-tfal foqra fil-belt tiegħu stess. Minn hemm bdiet l-idea li

jwaqqaf ordni ġdid, il-Brothers tal-Iskejjel Nsara (jew il-“Frères” kif insejħulhom

f‟pajjiżna). Imħeġġeġ mill-qagħda mwiegħra tal-fqar, li dehru li għandhom ftit op-portunitajiet ta' futur diċenti, huwa poġġa t-talenti u l-edukazzjoni li rċieva għas-

servizz tat-tfal foqra li spiss kienu jitħallew ifendu għal rashom. Biex il-ħidma

tiegħu tkun aktar effettiva, huwa abbanduna d-dar tal-familja tiegħu u mar jgħix ħdejn l-għalliema. Dak kien il-bidu tal-komunità ġdida ta' għalliema-reliġjużi.

Ix-xogħol tiegħu sab oppożizzjoni mhux żgħira mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi, li m‟għoġbithomx l-idea ta‟ lajċi kkonsagrati li jgħixu f‟komunità u li jiddedikaw ħaj-

jithom għat-tagħlim. Fil-fatt, il-Brothers ta‟ De La Salle kienu l-ewwel ordni reliġ-

już fil-Knisja Kattolika li ma kienx jinkludi l-ebda saċerdot! L-awtoritajiet fl-edukazzjoni wkoll ma ħadux gost bl-ideat ġodda tiegħu, speċjalment l-insistenza

tiegħu li joffri l-edukazzjoni b‟xejn lil kulħadd, anke lil dawk li ma setgħux iħallsu.

Dan għalihom kien periklu għax kienu jaħsbu li l-foqra, ladarba jieħdu edukazzjoni tajba, jibdew jużaw it-tagħlim biex

jeħduha kontra l-mexxejja tal-pajjiż.

Madankollu, De La Salle u l-komunità

tiegħu irnexxielhom joħolqu network

ta‟ skejjel ta‟ kwalità madwar Franza. It-tagħlim kien isir bil-vernakular (il-

lingwa mitkellma min-nies, ċioè l-

Franċiż) u l-metodu u s-sillabu kienu jiddependu mil-ħila tal-istudenti. Ir-

reliġjon kien jiġi mgħallem flimkien

ma‟ suġġetti oħra. Ġwann Battista kellu wkoll l-idea li jinvolvi l-ġenituri fl

-edukazzjoni ta‟ wliedhom. Wieħed jinnota li dawn l-ideat għadhom iħallu

ġid kbir sa llum.

……………../3

Page 4: e-spark 30

De La Salle kien pijunier fit-tfassil ta‟ programmi ta' taħriġ għall-għalliema. Fl-1685, ġewwa Rheims, beda skola fejn l-istudenti kienu kollha ... għalliema! B‟hekk, mhux biss kellu għalliema ppreparati

tajjeb, imma wkoll nies b‟sens ta‟ vokazzjoni u b‟missjoni li jedukaw u jħejju t-tfal għal futur aħjar.

Il- pedament li ħejja Ġwann Battista De La Salle kompla

xtered madwar Franza. Wara mewtu fl-1719, il-

Brothers komplew jinfirxu mad-dinja kollha. Huwa ġie ddikjarat qaddis mill-Papa Ljun XIII fl

-24 ta‟ Mejju 1900. Illum, madwar 6,000

Brother u 75,000 kollegi lajċi flimkien jie-ħdu ħsieb jgħallmu u jiggwidaw aktar minn

900,000 student f‟aktar minn 1,000 isti-

tuzzjoni edukattiva, f‟84 pajjiż, fosthom Malta.

F‟pajjiżna għandna 16-il Brother, ħafna minnhom anzjani. Differenza kbira minn

50 sena ilu meta fil-komunità kien hemm

bosta rġiel mimlijin enerġija. L-aħħar Brother li ssieħeb mal-komunità f‟Malta

għamel dan madwar 20 sena ilu. Oħrajn li,

aktar riċenti, ssieħbu magħhom, iddeċidew li jieqfu biex ikomplu l-karriera ta‟ għalliema.

Oħrajn ħassew in-nuqqas ta‟ familja u żżewġu.

Jidher li l- vokazzjoni ta‟ Brother mhix tant popolari llum. Ħafna jħossu li

mhemmx għalfejn tkun Brother biex tgħallem lit-tfal fil-bżonn, anke f‟pajjiżi fqar. Iktar jagħmel sens

tiżżewweġ u tagħmel karriera, u taqla‟ l-flus u tgħix ħajja tajba bħala nisrani. Trid tqis ukoll li llum diffi-ċli tintrabat: anke fil-ħajja miżżewġa, aħseb u ara biex tieħu ħsieb it-tfal ta‟ ħaddieħor!

……………../4

Page 5: e-spark 30

Ta’ 25 sena, l-Brothers jintrabtu għal ħajjithom kollha. Din hi proċedura li jsegwu r-reliġjużi kollha, il-patrijiet u s-sorijiet. Hija deċiżjoni li titlob ħafna mħabba u kuraġġ. Imma mhix impossibbli. Għax min jagħmel ir-rieda ta’ Alla ma jarax biss dak li jkun se jitlef imma anke dak li jkun se jikseb, għalih u għal ħafna oħrajn.

Imma forsi hemm xi ideat żbaljati li jistgħu jfixklu lil xi wħud milli japprezzaw il-vokazzjoni speċjali tal-Brothers. Hemm min jaħseb li dawn qishom “nofs kedda” u ma rnexxilhomx isiru saċerdoti. Avolja Ġwann Battista kien saċerdot, ma riedx li l-Brothers tiegħu jkunu saċerdoti għax il-kariżma tagħhom kienet it-tagħlim u l-kuntatt mal-istudenti tagħhom. Bro. James Calleja, wieħed mill-ixjeħ Brothers Maltin (miet din il-ġimgħa fl-età ta’ 92 sena), kien jgħid li l-fatt li huma ma jistgħux iqaddsu, forsi qed ifixkel li jkollhom vokazzjonijiet ġodda. Fl-Ewropa, l-Brothers għandhom nuqqas kbir ta’ vokazzjonijiet, waqt li fl-Afrika u l-Filippini u l-Amerika (speċjalment l-Amerika Latina) hemm numru sabiħ. Interessanti li kull fejn l-għalliem għadu apprezzat u stmat, u fejn l-edukazzjoni titqies bħala għodda ta’ servizz lejn il-bniedem, il-Brothers jiffjorixxu.

Ejjew nirringrazzjaw lil Alla li għad għandna fostna dawn l-edukaturi li tant investew fl-edukazzjoni nisranija f’pajjiżna. Nitolbu lil Alla li jsejjaħ ħaddiema ġodda f’din l-għalqa biex l-ispirtu La Salljan ma jintefiex. Nitolbu għalina nfusna biex ma niddejqux ngħinu lill-Knisja, avolja oħrajn jittimbrawna li aħna “iffissati” u “dojoq”. Ejjew ma ninsewx x’qal Ġesù: “hieni min ma jistħix minni u minn kliemi... jien ukoll ma nistħix minnu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet...” Għaliex qed nikteb dan kollu? Ftit qabel miet fil-31 ta' Jannar 2011, Bro. James ħalla din it-talba. Qed inħalliha bl-Ingliż, kif kitibha hu. Meta kont student, Bro. James kien jgħallimnil-Franċiż. Dejjem kelli ammirazzjoni lejh u din it-talba kompliet ikkonfermatli kemm kien bniedem viċin Alla.

……………../5

Page 6: e-spark 30

My favourite prayer at the twilight of my long

life is:

"Lord, keep me going, growing, loving and

grateful

for the love of others who help me going."

As for the future, I leave it in God's hands and

whisper:

“Dum spiro, spero” ... “So long as I breathe, I

hope.”

To today's youngsters, occasionally depressed

and often discouraged, I leave this brief advice:

Don't let the future scare you...

Prepare for it by study and hard work.

Love and respect your parents and teachers.

Be generous with those in need.

Trust in God's help.

Ftakru li fil-ħajja se taħsdu dak li tkunu żrajtu!

Page 7: e-spark 30

A parable is told of a

farmer who owned an old mule which fell into the farmer‟s well one morning. The farmer heard the mule „braying‟ desperately from its hopeless posi-tion, battered and bruised. The mule looked upward

for a savior. After carefully assessing the situation, the farmer sympathized with the mule, but decided that neither

the mule nor the well was worth the trouble of sav-ing. Instead, he called his neighbors together and told them what had happened…eventually enlisting

them to help haul dirt to bury the old mule in the well and put him out of his misery. Initially, the old mule was hysterical as his awful plight soured further. But as the farmer and his

neighbors continued shoveling and the dirt hit his back…a thought struck the stubborn mule.

Page 8: e-spark 30

It suddenly dawned on him that

every time a shovel load of dirt landed on his back… HE SHOULD SIM-

PLY SHAKE IT OFF AND STEP UP! And so he did, blow after blow. “Shake it off and step up…shake it off and step up…shake it off and

step up!” he repeated to encourage himself as the well grew shorter and the light above grew brighter.

No matter how painful the blows, or distressing the situation seemed the old mule fought “panic” and just

kept right on SHAKING IT OFF AND STEPPING UP It wasn‟t long before the old mule, battered and ex-

hausted, stepped triumphantly over the wall as the neighbors

and a farmer once intent on burying him learned a lesson about overcoming adversity in their own lives.

Qatt ma ghandek taqta' qalbek meta tkun f'qaghda mwieghra

Never lose

hope in a tight

situation

Page 9: e-spark 30

The mission of The Christophers is to encourage people of all ages, and from all

walks of life, to use their God-given talents to make a positive difference in the world.

The mission is best expressed in The Christophers’ motto: “It’s better to light one

candle than to curse the darkness.”

We believe that each person has a God-given mission to fulfill, a particular job to

do that has been given to no one else. Love and truth come to us through God, but

these gifts are not ours to keep. By sharing them with others each of us becomes a

Christ-bearer, a “Christopher” in the most fundamental sense of that word.

It is through our literature, broadcasts, awards and leadership courses that we at

The Christophers work toward our mission, bringing positive and constructive values

into the mainstream of life. To encourage personal responsibility we have no meet-

ings, no memberships and no dues. All are welcome to join us, knowing that in em-

bracing the Christopher mission they will share one overriding commitment: the love

of all people for the love of God

http://www.christophers.org/Page.aspx?pid=192

NE

W

WE

BS

ITE

S

http://www.rm2000.org/RMLH/RM_2000.html Magazine ghal familja kollha mahrug mill-Gizwiti

http://www.delasalle.org.au/dls_district/default.aspx The Website of the De La Salle Brothers in Australia

Page 10: e-spark 30

Contact Us

If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to:

[email protected]

Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat

www.vokazzjoni.com

“Everyone has his own specific vocation or mission in life; everyone must carry out a concrete assignment that demands fulfillment. Therein he cannot be replaced, nor can his life be repeated, thus, everyone's task is unique as his specific opportunity.” Viktor Frankl