red white rosé · PDF file 2011-08-23 · red white rosé delicata.com...

Click here to load reader

  • date post

    05-Aug-2020
  • Category

    Documents

  • view

    0
  • download

    0

Embed Size (px)

Transcript of red white rosé · PDF file 2011-08-23 · red white rosé delicata.com...

  • red white rosé delicata.com

    Pjazza’s have an irresistible charm. They are meeting places, bringing people together; from all walks of life. They’re stuff of memories - whether it was that long talk after everyone’s gone, or the setting of that perfect photograph now sitting in your home. Pjazza Regina in Valletta is such a place and has been for generations. Delicata’s new refreshing, fruity wines Pjazza Regina, much like the place they are named after, are guaranteed to make those treasured moments even more memorable.

    3 sensaTional i.G.T. QualiTy wines .

    Pjazza life just got better

    16950-Delicata Pjazza Regina Hilton Herald.indd 1 11/4/09 4:43:39 PM

  • Be 100% sure.

  • FESTA SAN LAWRENZ BELT VITTORIOSA 2011 | 32 | FESTA SAN LAWRENZ BELT VITTORIOSA 2011

    PUBBLIKAZZJONI MAÓRUÌA MILL-PARROÇÇA SAN LAWRENZ

    FLIMKIEN MAL-KUMITAT FESTI ESTERNI SAN LAWRENZ

    U S-SOÇJETÀ MUÛIKALI BANDA SAN LAWRENZ TAL-BELT VITTORIOSA

    Bord Editorjali Fr John Avellino

    Lawrence V Farrugia Anthony Gauci

    Noel Gauci Anton Gellel

    Pawlu Micallef

    Produzzjoni Fr John Avellino

    Riklami Fr John Avellino, Glenn Agius, Twanny Gauci, Pawlu Micallef, Christian Raggio, Frans Saliba

    Proofreading Marian Zaff arese

    Ritratti Melvin Degiorgio, Noel Gauci,

    Joseph M Meli, Lawrence Parascandolo,

    Elton Randich

    Issettjar Fr John Avellino

    Alan Bonello

    Stampar Bestprint Ltd - Qrendi

    Óajr Johanna Cauchi, Alan Bonello

    Kumitat Festi Esterni San Lawrenz 91 Triq San Lawrenz,

    Birgu CSP 08 Tel: 2182 7057

    www.stlawrencebirgu.com

    San Lawrenz dejjem għażel lil Kristu

    Werrej

    KAN JOE CILIA

    Arċipriet Parroċċa San Lawrenz

    Messaġġ tal-Arċipriet . . . . . . . . . . . . . . . . . .3

    Kumitat Festi Esterni San Lawrenz . . . . . . . . . . .5

    Il-messaġġ tas-Sindku . . . . . . . . . . . . . . . . . .7

    Kumitat Soċjetà Mużikali San Lawrenz . . . . . . . . .9

    Messaġġ President Soċjetà Mużikali San Lawrenz . . 11

    Diversi messaġġi . . . . . . . . . . . . . . . . . . 15-33

    Il-Banda fi l-Belġju . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 39

    Aktar proġetti fi l-Każin . . . . . . . . . . . . . . . . 43

    Messaġġ mill-Għaqda Każini tal-Banda. . . . . . . . 49

    Attività kontinwa . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 51

    Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi. . . . . . . . . . 63

    Messaġġ President Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi . . . . 65

    Għal darb'oħra ħidma bla waqfi en . . . . . . . . . . . 67

    Sena ta' ħidma kontinwa fi l-knisja . . . . . . . . . . . 73

    Irċevejt ħafna! L-ewwel sena tiegħi fi l-Birgu . . . . . 81

    Il-Birgu jsellem lis-Surmast Salvu Bugeja. . . . . . . 91

    Joe Gellel: missier ta' veru, ħabib u pilastru tal-festa . 93

    Programm tal-Festa 2011 . . . . . . . . . . . . 99-107

    Il-parroċċa tagħna b'Arċipriet ġdid u saċerdot novell 109

    B'determinazzjoni ħdimna għal dak li xtaqna . . . . 111

    Lil San Lawrenz Missierna . . . . . . . . . . . . . 123

    Il-Vittoriosan Lorenzo Gafà: tul ħajtu u wara mewtu 125

    Il-Birgu: kliem u storja. . . . . . . . . . . . . . . . 135

    San Lawrenz: devozzjoni mal-erbat irjieħ tad-dinja. 141

    L-abbatini ta' 50 sena ilu fi l-knisja ta' San Lawrenz . 147

    Dawn twieldu l-Birgu... u taw ġieħ lill-Beltna. . . . 155

    Iż-żminijiet inbidlu u hekk se jkollna nagħmlu aħna 167

    Programm tal-ħruq tan-nar. . . . . . . . . . . . . . 175

    Tislima lil Lorry Farrugia . . . . . . . . . . . . . . 177

    Tislima lil Vinċenza Camilleri . . . . . . . . . . . 179

    Vittoriosa in Festa . . . . . . . . . . . . . . . . . . 181

    Programmi Baned Festa 2011 . . . . . . . . . . . . 183

    Disinn tal-faċċatta: Noel Gauci

    Dan hu l-ewwel messaġġ tiegħi għall-ewwel festa tiegħi bħala Arċipriet fostkom fi l-parroċċa tal-Birgu. Inħossni kuntent li qiegħed magħkom, f ’nofs familja li tħobb u li hi devota ta’ San Lawrenz. Nirringrazzja lil Alla li sejjaħli għaliH u afdali f ’idejja din il-parroċċa, biex nieħu ħsiebha u tkompli tikber fl -imħabba lejn Alla. U dan iż-żmien , li fi h inkunu qegħdin niċċelebraw il-festa tagħna, hu ż-żmien li fuq l-eżempju tal-qaddis patrun tagħna San Lawrenz jgħinna naraw kemm verament qegħdin nogħġbu lil Alla b’dak li naħsbu, ngħidu u nagħmlu.

    Minkejja li huma ġranet impenjattivi, għax kulħadd jagħmel mill-aħjar li jista’ biex ilaħħaq jagħmel is-sehem tiegħu għall-festa, madankollu hu mportanti li f ’dawn il-ġranet insib ft it ħin biex nieqaf naħseb biex nara kemm f ’din il-festa lestejtx ukoll qalbi biex Ġesù jidħol fi ja permezz tas-sagramenti qaddisa. San Lawrenz fi t-triq tiegħu spiritwali kellu ħeġġa u entużjażmu għax kellu fi h il-qawwa ta’ Kristu. Meta ġie biex jagħżel, għażel dejjem lil Kristu u għalih ried jagħti ħajtu.

    Min jaf, forsi fi l-ġranet tal-festa, meta nieqaf naħseb ft it fuq San Lawrenz, ikunx mument li mill-ġdid inħoss fi ja l-qawwa ta’ Kristu. Dejjem hemm lok li nibdel xi ħaġa minn ħajti, li nirranġa xi sitwazzjoni, li nikkonverti f ’xi ħaġa. Kultant nirraġunaw

    li dejjem nisimgħu l-istess aff arijiet, imma dejjem b’attwalità diff erenti li se tgħinna biex naħsbu u nirrifl ettu fuq ħajjitna ħalli nkunu nistgħu ngħixu ħajja Nisranija aħjar. Qatt mhu biżżejjed li nisimgħu dwar il-ħajja ta’ San Lawrenz biex inkunu nistgħu napplikaw l-aff arijiet sbieħ li għex hu għall-ħajja tagħna llum.

    Għalhekk ħbieb tiegħi nieħu gost nara kemm tħobbuha l-festa. Kulħadd ikollu x-xewqa li jkollna festa sabiħa, u hekk għandu jkun għax lil San Lawrenz inħobbuh.

    Ninsabu kuntenti nippreparaw min-naħa tal-knisja biex bħala festi ta’ ġewwa, imur kollox sew: mill-Kumitat tal-Festa u s-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi, min-naħa tal-Każin tal-Banda, mill-Grupp tan-Nar, mill-Grupp tal-Armar, biex bħala festi ta’ barra għal darb’oħra jkunu suċċess. Minn qalbi minn issa ngħid grazzi lil kulħadd għas-sagrifi ċċji kbar li jsiru biex kollox imur sew. Ngħid grazzi wkoll lil min għoġbu jagħmel l-off erta tiegħu b’risq il-festa.

    Nitolbu lil Alla u l-għajnuna ta’ San Lawrenz biex f ’dan iż-żmien tal-festa ngħixu verament bħala familja waħda li tabilħaqq tħobb lil San Lawrenz. Jalla tkun il-festa mument ta’ grazzja u barka fuq il-parroċċa kollha. Nawgura minn qalbi l-festa t-tajba lil kulħadd. Viva San Lawrenz.

  • FESTA SAN LAWRENZ BELT VITTORIOSA 2011 | 54 | FESTA SAN LAWRENZ BELT VITTORIOSA 2011

    Kumitat Festi Esterni San Lawrenz

    Belt Vittoriosa

    Fuq quddiem mix-xellug għal-lemin: Lawrence Avellino - Kaxxier, Doreen Raggio, Kan Joe Cilia – President,

    Fr John Avellino – Segretarju, Joseph Zammit - Assistant Segretarju

    Fuq wara mix-xellug għal-lemin: Loran Zarb, Noel Casha, Duncan Mizzi, Christian Raggio, Adrian Saliba

    Nieqsa mir-ritratt: Romina Magro, Roderick Privitelli

  • FESTA SAN LAWRENZ BELT VITTORIOSA 2011 | 76 | FESTA SAN LAWRENZ BELT VITTORIOSA 2011

    Dar għall-anzjani fi l-Birgu JOHN BOXALL

    Sindku Belt Vittoriosa

    F'dawn l-aħħar snin il-messaġġi tiegħi kienu bbażati primarjament fuq is-settur edukattiv. Dan għaliex dan is-settur dejjem ikun fuq quddiem nett fl -aġenda tal-Kunsill Lokali tagħna, mingħajr ma nwarrbu proġetti oħrajn li jtejbu l-kwalità ta’ setturi oħrajn, speċjalment dawk relatati mat-turiżmu u dak kollu li b’xi mod jew ieħor imur ma’ din l-intrapriża. Kulħadd jaf bl-attivitajiet kulturali li bdew isiru minn żmien għal żmien, li wħud minnhom laħqu l-livell fuq skala nazzjonali u li bis-saħħa tagħhom bdew jiġu aktar nies lejn din il-Belt marittima u storika.

    Kulħadd jaf ukoll li l-bidu tal-attivitajiet organizzati mill-Kunsilli Lokali fi l-gżejjer Maltin kien propju l-Kunsill Lokali tal-Birgu l-promotur tagħhom. Dawn l-attivitajiet sena wara l-oħra bdew jikbru fi l-popolarità tagħhom u llum insibu li kważi f ’kull lokalità f ’Malta u Għawdex qegħdin jiġu organizzati attivitajiet mill-Kunsilli Lokali rispettivi. Dan għandu jkun ta’ sodisfazzjon kbir, mhux biss għall-Kunsill Lokali tal-Birgu, imma għar-residenti, l-għaqdiet u soċjetajiet, u għal dawk kollha li b’xi mod jew ieħor taw il-kontribut tagħhom biex ilkoll fl imkien għarafna nisfruttaw l-elementi kulturali u storiċi li din il-Belt hija miżgħuda bihom. B’dawn l-attivitajiet għamilna din il-Belt Vittoriosa aktar ħajja, ressaqna aktar turisti li bdew jiġu apposta għal dawn l-attivitajiet, u bdew jersqu aktar nies mis-settur kummerċjali li bdew jinvestu fi propjetà. Ħdimna bil-għaqal u konna ta’ għajnuna għal

    dawk li xtaqu jinvestu f 'din il-Belt, fosthom lukandiera, fejn fi żmien sena u nofs oħra fi l-Birgu se jkollna tliet lukandi ta’ livell għoli, li fi n-negozjati ta’ tnejn minnhom il-Kunsill kien involut u ta l-għajnuna tiegħu, liema għajnuna diġà bdiet tiġi reċipro